Is-sess jinbidel maż-żmien – studju fuq persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena
40 fil-mija tan-nies bejn il-65 u t-80 sena, jibqgħu attivi sesswalment. Nies ta’ ‘il fuq minn 60 sena, jgħidu li s-sess jibqa’ importanti għall-kwalità ta’ ħajjithom. Dan intqal minn verywellhealth.com
Mhux bilfors qed jirreferu għal intercourse imma intimità. Li persuna tkun qrib u fiżikament mogħtija attenzjoni, tgħin fit-tnaqqis kemm ta’ stress u anke tas-solitudni.
Li anzjan ikollu sieħeb/sieħba, tgħin ħafna imma mhux bilfors twassal għal sess. Tkun ukoll kumpanija.
Ir-riċerka wriet li s-sess matul il-ħajja fih benefiċċji mhux biss ta’ pjaċir imma:
- iżid il-kuntentizza. Dan b’mod ġenerali. Mhux għax persuna tkun għamlet l-att sesswali imma l-ġisem iħossu aħjar.
- saħħa aħjar. Skont riċerka fl-2019 mill-istess sit li kkwotajna ‘il fuq, dan wassal għal inqas mard bħall-kanċer u mard kroniku ieħor.
- funzjoni aħjar fil-moħħ. Il-persuni jkunu iżjed iffukati, ikollhom kontroll aħjar tagħhom infushom u anke fil-memorja.
Is-sess huwa bżonn mhux taboo. Ninfurmaw ruħna.