Is-Sibt filgħaxija – qed tissaħħaħ id-drawwa li nibqgħu d-dar u nixtru l-ikel?
Dari, is-Sibt kien ikun il-jum li l-familja toħroġ tiekol ġo ristorant. Hemmhekk ikun il- qofol tal-ġimgħa, wara 5 t’ijiem xogħol u skola.
Iżda dan l-aħħar rajna tibdil fl-istil ta’ kif niddevertu fejn sirna nippreferu noqogħdu d-dar, nordnaw l-ikel bid-delivery u naraw xi film sabiħ jew nistiednu l-ħbieb għal serata f’kumpanija tajba.
Il-Ġimgħa jidher li huwa iżjed popolari biex in-nies joħoruġu jiddevertu għaliex l-għada, ma jkunux xogħol.
Imbagħad il-Ħadd, jidher li qed tibqa’ l-ġurnata fejn dak li jkun verament jistrieħ ftit.
Biex in-nies imorru ġo ristorant m’għadhomx jistennew is-sibt; jista’ jkun it-Tlieta. Inbdilna. Ma hemm xejn ħażin dwar dan. Qed inġibu nostalġija. Dan il-ħsieb ħadnieh mill-polz tal-pubbliku li niltaqgħu miegħu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ma jfissirx li ma hemmx nies/familji li għadhom iżommu s-sibt bħala l-jum li fih jagħmlu l-ħarġa filgħaxija.
Intom kif tqattgħuh is-Sibt?