“Jekk titkellem mal-pjanti, veru jikbru”
Għalkemm studji diversi juru li l-ħoss veru jgħin lill-pjanti biex jikbru malajr, ma hemm l-ebda evidenza fiss li l-paroli/kliem jgħin biex pjanta tisbieħ u tikber iżjed.
Imma jekk trid tkellimhom, xejn mhu se jżommok.
Hemm min tant iħobbhom il-pjanti, li l-hena tiegħu jitkellem magħhom. Isibu bħala mezz ta’ mistrieħ jew aljenazzjoni.
Skont Talking to plants: The science , intqal li ħafna kienu dawk li sabu li t-tonalità tal-vuċi umana għenet fi tkabbir aħjar tal-pjanti tagħhom.
Imma mhux biss, minn dan il-ġest, hemm benefiċċji psikoloġiċi għalik ukoll.
Pruvawha!