Kemm qatel irġiel Jeffrey Dahmer?

 Kemm qatel irġiel Jeffrey Dahmer?

Il-qattiel (serial killer) magħruf ukoll għal reati sesswali; Jeffrey Dahmer, qatel 17-il raġel bejn l-1978 u l-1991. Huwa stess inqatel fl-1994 minn priġunieri sħabu tal-ħabs.

Jeffrey Dahmer twieled f’Milwaukee, Wisconsin, fil-21 ta’ Mejju, 1960, minn Lionel u Joyce Dahmer. Kien deskritt bħala tifel enerġetiku u ferħan sal-età ta’ 4 snin meta sar intervent kirurġiku fuqu biex ifejjaq ftuq doppju li kellu u li donnha affettwat fit-tifel. B’mod notevoli, huwa sar aktar riservat wara t-twelid ta’ ħuh iż-żgħir. Sa l-adoloxxenza tiegħu, kien żdinga ruħu, imtela bit-tensjoni u kien dejjem bla ħbieb.

Dahmer isostni li l-kompulsjonijiet tiegħu lejn in-nekrofilja u l-qtil bdew madwar l-età ta’ 14-il sena, iżda jidher li t-tkissir taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu u d-divorzju li seħħ ftit snin wara, setgħu kienu l-katalist biex dawn il-ħsibijiet inbidlu f’azzjonijiet.

Saż-żmien li wettaq l-ewwel qtil tiegħu, il-konsum tal-alkoħol minn Dahmer kien spiċċa bla kontroll. Huwa telaq mill-Università tal-Istat ta’ Ohio. Missieru kien reġa’ żżewweġ u kien insista li ibnu għandu jingħaqad mal-Armata. Dahmer ingaġġa fl-armata lejn l-aħħar ta’ Diċembru 1978 u ġie stazzjonat fil-Ġermanja ftit wara.

Il-problema tax-xorb tiegħu baqgħet tippersisti, u kmieni fl-1981, l-Armata keċċietu. Għalkemm aktar tard l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu se jinvestigaw konnessjonijiet possibbli bejn Dahmer u qtil li seħħ fiż-żona matul dak iż-żmien, mhux maħsub li wettaq aktar vittmi waqt li kien qed iservi fil-Forzi Armati.

Wara li ħareġ mill-armata, Dahmer mar lura d-dar Ohio. Kien arrestat aktar tard dik is-sena għal kondotta diżordinata li wassal lil missieru biex jibgħat lil Dahmer jgħix man-nanna tiegħu f’Wisconsin, iżda l-problema tal-alkoħol tiegħu kompliet u kien arrestat ukoll fis-sajf ta’ wara għal espożizzjoni indiċenti. Huwa kien arrestat għal darb’oħra fl-1986 meta żewġ subien akkużawh li masturba quddiemhom.

L-istorja tiegħu mħawra sew.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com