Kien issuġġerut li r-rebbieħ ta’ Mużika Mużika jibda jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision – taqblu?

 Kien issuġġerut li r-rebbieħ ta’ Mużika Mużika jibda jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision – taqblu?

Ilkoll rajna u smajna l-livell ta’ festival eċċezzjonali li ttella’: Mużika Mużika fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Sar festival mistenni u mtella’ kif suppost b’mod tassew professjonali.

Il-Eurovision Song Contest, bit-tajjeb u l-ħażin (jew nuqqas tiegħu) ukoll huwa festival maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin. Madanakollu, qatt ma rbaħnieh. Malta rebħet darbtejn il-Junior Eurovision Song Contest; fl-2013 minn Gaia u fl-2015 minn Destiny. Imma l-Eurovision Song Contest qatt!

Kien issuġġerut fuq il-midja soċjali li r-rebbieħ tal-festival Mużika Mużika jibda jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.

Huwa pass tajjeb? Jew ma jaqbilx għax inħassru mill-maġija li fih?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com