Kif tibza’ għad-dawl biex tieħu ħsieb butek u l-ambjent! – Earth Hour

 Kif tibza’ għad-dawl biex tieħu ħsieb butek u l-ambjent! – Earth Hour

Earth Hour hija inizzjattiva globali organizzata mill-Worldwide Wildlife Fund (WWF). Din is-sena l-attività se tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt li ġej, 23 ta’ Marzu fil-Belt Valletta. Din l-inizjattiva tiġi ccelebrata bl-għan li kemm jista’ jkun noħolqu kuxjenza fuq l-użu responsabbli tad-dawl.

Din is-sena l-Earth Hour ħa tkun qed qed tiġi organizzata fit-23 ta’ Marzu bejn it-20.30 u d-21.30 ta’ filgħaxija madwar id-dinja. Is-sena l-oħra nqabez l-410,000 siegħa mogħtija minn iktar minn 190 pajjiż. Dan ma jfissirx li trid bilfors titfi d-dawl kollu imma dak li mhux bżonnjuż. Tista’ tieħu l-okkażjoni u bejn it-20.30 u d-21.30 ta’ din il-ġurnata toħloq ambjent romantiku, fejn minflok tixgħel id-dawl, toħloq atmosfera sabiħa bix-xemgħat.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-port il-kbir qed jorganizza attivita’ immirata għall-pubbliku fit-Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta fit-23 ta’ Marzu mill-4:30 ta’ wara nofsinhar ‘l quddiem. Se jkun hemm diversi entitajiet li jagħtu pariri kif tista’ tkun iktar sostenibbli. Parata mtella’ mill-Ħamrun scouts grupp, li titlaq minn pjazza San Ġorg sa Triq ir-Reppublika, krafts għat-tfal, divertiment minn artisti lokali, fosthom: Kevin Paul u Tiziana Calleja, logħob edukattiv, fire juggling u l-mixgħela mit-8:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Eżempji sempliċi kif nikkunsmaw anqas dawl u ilma fil-ħajja tagħna ta’ kuljum huwa li ma nħallux l-ilma nieżel bla bżonn, nevitaw li narmu l-ilma tal-A/C’s jew dehumidifieris u minflok nużawhom biex insaqqu jew għat-toilet minflok l-ilma tal-flushing.

Iċ-charger tal-laptop jew il-mobile għaliex ħallejtu mixgħul jekk il-batterija iċċarġjata? Hemm bżonn li tħalli l-vit il-ħin kollu għaddej biex taħsel il-platti? U qabel toħrog mill-kamra jew mid-dar, għaliex ma titfix id-dwal kollha? Tħallix apparat elettroniku, bħat-televiżjoni, fuq standby mode meta m’intix tużahom – itfihom kompletament mill-plakka.

Tista’ wkoll tnaqqas il-konsum tal-enerġija billi tuża sorsi alternattivi aktar sostennibli, bħal pannelli solari li jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx, jew solar water heaters.

Huwa importanti li noqogħdu attenti x’nużaw u kemm nużaw konsum tal-elettriku. Mhux biss biex ma jiġix kont għoli imma għaliex il-ħela mhi tajba ħadd. Irridu nżommu f’moħħna li r-riżorsi tad-dawl u tal-ilma f’pajjiżna, jiswew mitqlu deheb.

Madanakollu, biex nagħtu nifs lill-pjaneta tagħna u nkomplu noħolqu kuxjenza dwar dan kollu, fl-2007 bdiet l-inizjattiva mill-World Wildlife Fun bl-isem ta’ Earth Hour fejn għal siegħa, jintefa’ l-elettriku mhux bżonnjuż; kemm mill-individiwi u anke mill-kumpaniji u entitajiet Governattivi. Hekk inkunu qed nagħtu nifs lill-ambjent dinji, anke f’pajjiżna.

Kulħadd huwa mistieden li jattendi din l-attivita’, biex nagħtu nifs lill-pjaneta tagħna!

Segwi Sostenibilità fuq Facebook, Instagram u TikTok għal aktar tagħrif dwar Earth Hour u ħafna attivitajiet oħra għal ambjent aħjar!

#VallettaforEarthHour

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com