Kif tirrikonoxxi aċċessjonijiet u toffri għajnuna immedjata

 Kif tirrikonoxxi aċċessjonijiet u toffri għajnuna immedjata

L-aċċessjonijiet huma differenti għal persuni differenti. Għal xi wħud hija biss sensazzjoni interna. Jiġifieri għal persuna li mhix daqstant familjari biex tagħraf is-sinjali, jista’ jkun li taħseb li m’hemm xejn ħażin. Infatti, persuni li jbatu mill-epilessija jkollhom aċċessjonijiet verament ħfief fil-bidu, li mbagħad jiżviluppaw u jiggravaw maż-żmien.

Intant, hemm oħrajn li mbagħad jesperjenzaw aċċessjonijiet li jaffettwaw il-ġisem kollu u anke jwasslu sabiex persuna tintilef minn sensiha. Din hija l-aktar verżjoni ta’ aċċessjoni li aħna familjari għaliha għaliex hija l-aktar waħda li frekwentament tidher fuq it-televiżjoni u fil-films. Anke jekk ħafna drabi ma tidhirx eżattament kif inhi.

Dawn it-tip ta’ aċċessjonijiet huma imprevvisti u immedjati u jdumu ftit minuti. Wara li wieħed jerġa’ jiġi f’sensieh, iħossu għajjien ħafna u konfuż għal diversi minuti u ġieli anke sigħat.

L-aċċessjonijiet huma riżultat ta’ attività elettrika abnormali fil-moħħ. Din tfixkel l-attività normali u twassal għall-iperattività tal-parti partikolari tal-moħħ li taffetwa u b’hekk ikun hemm riflessjoni wkoll fuq il-parti tal-ġisem li tkun ikkontrollata minn dik il-parti tal-moħħ.

Jekk tara persuna li qed ittiha aċċessjoni, x’tista’ tagħmel?

L-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija li żżomm lill-persuna sikura. Ħafna drabi, meta wieħed iweġġa’ kawża ta’ eċċezzjoni huwa minħabba li jaqa’ mal-art jew inkella jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti li jaqtgħu jew iebsin. Jekk tara li persuna qed taqa’ għinha tasal mal-art bil-mod u poġġi xi ħaġa ratba taħt rasha.

Dawwar lill-persuna fuq ġenbejha ħalli jkunu jistgħu jieħdu nifs aħjar. Tpoġġi xejn f’ħalqha u tgħajjatx magħha jew tgħafasha miegħek. Iċċekkja jekk għandhiex xi dokument ta’ identifikazzjoni li juri li tbati mill-epilessija.

Jekk tara li tieqaf tiċċaqal iżda baqgħet ma ġietx lura f’sensiha ara li qed tieħu nifs u li żżommha fuq ġenbejha.

Malli l-persuna terġa’ tibda tiġi lura f’sensiha, għinha tpoġġi fi spazju sikur. Jekk tara li tkun konfuża pprova għinha tifhem fejn qiegħda u tħallihiex iduru t-toroq waħedha, jew titla’ u tinżel it-taraġ mingħajr għajnuna.

Importanti li lanqas ma tatiha ikel jew ilma sakemm ma tkunx qamet kompletament. Ibqa’ magħha sakemm tiġi kompletament lura f’sensiha. Spjegalha x’ġara u ara għandiex bżonn aktar għajnuna.

Huwa importanti li żżomm amment ta’ kemm ikun qed jgħaddi ħin u ċċempel 112 jekk tara li l-aċċessjoni ddum għal aktar minn ħames minuti, jew tara li persuna qed ituha diversi aċċessjonijiet fl-istess ħin. Għandek iċċempel 112 wkoll jekk tara li l-persuna baqa’ jkollha diffikulta fin-nifs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com