Kontu tafu li l-membri tal-fratellanza kellhom dritt jindifnu fl-oqbra tal-Oratorju?

 Kontu tafu li l-membri tal-fratellanza kellhom dritt jindifnu fl-oqbra tal-Oratorju?

350 sena ilu, jiglfieri fl-10 ta’ Settembru 1674 twaqqfet il-Fratellanza tas-Santissimu Kurċifiss fil-Parroċċa ta’ Bormla.

L-iskop tagħha kien li teduka lill-membri u taħseb fis-suffraġi ta’ ruħhom. Irridu niftakru li dawn kienu żminijiet differenti ħafna minn tal-lum. Interessanti l-fatt li kull membru, għandu d-dritt li jindifen fl-Oqbra tal-Fratellanza.
Kien hemm nies prominenti bħala membri fosthom l-Isqof Alpheran de Bussan, L-Isqof Labini u l-Isqof Mattei li kienu l-ewwel isqfijiet ta’ Malta.
L-istess fratellanza ħadet ħsieb li tibni l-Oratorju li huwa magħqud mal-Parroċċa; l-ewwel ġebla tqiegħdet fl-1731 mill-Isqof Pawlu Alpheran de Bussan innifsu. Dan huwa mkejjen artistiku mmens b’erba’ statwi mnaqqxa fil-ġebel li jirrappreżentaw lil Kristu fl-ort tal-ġetsemani, Kristu marbut mal-Kolonna, Kristu nkurunat mix-xewk u kristu mgħobbi bis-Salib.
Il-Fratellanza tieħu ħsieb il-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira u dik ta’ Kristu Rxoxt kif ukoll il-purċissjonijiet infushom.
Bħalissa qed isiru tours bi spjegazzjoni tal-vari kif ukoll rappreżentazzjoni awdjo viżiva bl-isem ta’ TLETIN kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa Ħamis u s-Sibt fis-19.00. Dawn jibqgħu jsiru sat-23 ta’ Marzu. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com