Kontu tafu li Malta tinsab ukoll fl-Amerka?
Iva sewwa qrajtu, għajnejkom għadhom jaħdmu sew! Malta tinsab ukoll fl-Amerka! Speċifikament fl-istat ta’ Montana fil-Punent tal-Istati Uniti.
F’dan l-istat, hemm kontea li ġġib l-isem ta’ Phillips u f’din il-kontea hemm belt bl-isem ta’ Malta! Jingħad li l-isem tal-belt ingħata wara li uffiċjal tal-Great Northern kien ta’ dawra l-globu u semma l-belt wara l-ewwel post li waqa’ taħt sebgħu: il-gżira Maltija.
Għall-kuntrarju ta’ Malta tagħna, jidher li l-popolazzjoni f’din il-belt flok tiżdied dejjem qed tonqos. Infatti fiċ-ċensiment tas-sena 2000, kien hemm 2,120 persuna jgħixu hemm, li niżlu għal 1,997 persuna fl-2010 u reġgħu niżlu għal 1,860 fl-2020.
Madanakollu l-klima tal-gżira tagħna u din il-belt Amerikana huma xi ftit simili! Infatti, fix-xitwa tagħmel ftit li xejn xita, filwaqt li fis-sajf, is-sħana tkun trid tixwik u taqlik.
F’pajjiżna wkoll nafu li sibna ħafna rikkezzi li jmorru lura mijjiet ta’ eluf ta’ snin. Intant fil-belt ta’ Malta kien instab wieħed mill-aktar dinosawri preservati tajjeb li huwa wkoll wieħed minn erba’ li nstabu ffossilizzati. Dan imur lura għal 77 miljun sena!