L-Anzjani nitrattawhom sew mhux bħat-tfal

 L-Anzjani nitrattawhom sew mhux bħat-tfal

Dan huwa suġġett delikat ħafna ħafna ħafna. Mhux kull anzjan għandu l-istess ċirkostanzi.

Imma, dawk l-anzjani li jibqgħu luċidi, ma jfissirx li għandna nitrattawhom bħat-tfal u nkellmuhom bit-ton li nkellmu lit-tfal żgħar.

Għandna niftakru, li diment li għadhom luċidi, jgħarfu sew kif qed tkellimhom u jħossu meta nqisuhom qishom tfal.

Ma ninsewx li dawn għexu ħajjithom, taw kontribut u kellhom l-esperjenzi tagħhom.

Niftakru wkoll, li jekk il-Bambin irid jislifna l-għomor, xi darba ser insiru anzjani aħna stess.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com