L-iskema Micro Invest – inkoraġġiment biex in-negozji ż-żgħar jinvestu fl-innovazzjoni, espansjoni u iżjed

 L-iskema Micro Invest – inkoraġġiment biex in-negozji ż-żgħar jinvestu fl-innovazzjoni, espansjoni u iżjed

Malta Enterprise reġgħet fetħet l-iskema tagħha tal-Micro Invest. Dan ħabbru fi stqarrijja l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-proġetti Strateġiċi.

L-applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest issa jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-client portal tal-Malta Enterprise.

L-iskema Microinvest tħeġġeġ lin-negozji ż-żgħar biex jinvestu fl-innovazzjoni, l-espansjoni, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet tagħhom.

L-impriżi li jibbenefikaw minn din il-miżura se jiġu appoġġjati permezz ta’ kreditu ta’ taxxa kkalkulat bħala perċentwal tan-nefqa eliġibbli, li jkopri wkoll iż-żieda fl-ispejjeż tal-pagi.

Għal din l-iskema huma eliġibbli dawk li jaħdmu għal rashom, il-mikro-intrapriżi, in-negozji ġodda, u l-SMEs li jimpjegaw sa 50 persuna.

Il-Malta Enterprise tista’ tapprova kreditu ta’ taxxa ekwivalenti għal 45% tan-nefqa eliġibbli.

Il-massimu ta’ krediti ta’ taxxa eliġibbli għal kull impriża għandu jkun limitat għal €50,000 fuq 3 snin fiskali konsekuttivi. Dan b’rabta ma spejjeż eliġibbli u mħallsa matul is-sena ta’ qabel dik li fiha tiġi ppreżentata t-talba.

Dan il-limitu massimu għandu jiżdied b’ EUR 20,000 għal impriża li topera minn Għawdex; dawk reġistrati bħala negozju tal-Familja; jew li għandhom aktar minn 50% tas-shares attribwita lil nisa.

L-iskema se tiġi estiża sal-31 ta ’Diċembru 2026 bil-għan li tkopri l-ispejjeż li saru fl-2023 u fl-2024.

F’kumment li ta’ il-Ministru Silvio Schembri qal li in-negozji l-ġodda huma l-katalist għat-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà. Ghajnuna lin-negozji l-ġodda jwassal għal tkabbir ekonomiku kontinwu, reżiljenza, u diversifikazzjoni.

Biex tapplika irreġistra fil- Client Portal

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com