Meta tibgħat messaġġ tgħid hello jew tmur għall-punt mill-ewwel?
Spiss nirċievu messaġġi, l-iżjed fuq whtasapp fejn fihom ikun hemm talba ta’ xi ħaġa; hi li hi, mingħajr anqas il-kelma bonġu.
Ġieli tgħid bejnek u bejn ruħek: “dan hekk qas bonġu?”
Dan juri kemm sirna mgħaġġlin kuljum, irridu nlaħħqu ma’ elf ħaġa bil-konsegwenza li anqas qed jibqgħalna ħin inkunu ġentili ma’ xulxin.
Jista’ jkun ukoll li ssib dawk li jkunu arroganti u jitolbu biss biex jinqdew huma.
Imma, qed naħsbu ftit f’liema direzzjoni qed nieħdu ħajjitna? Ejjew nikkalmaw ftit. Ilkoll se mmutu.