Min jigdeb l-iżjed? In-nisa jew l-irġiel? Jew it-tnejn?

Riċerka li saret minn Pyschology Today uriet li l-irġiel meta kkumparati man-nisa, jafu jigdbu iżjed. Iżjed minn hekk, jafu jqarqu iżjed għall-interess personali.
id-differenza fil-ġeneru jista’ jkun li hija relatata mal-emozzjoni u mal-livell ta’ kompetittività.
Mill-banda l-oħra, ħareġ ukoll li l-irġiel huma iżjed imzazen u jibilgħu kollox filwaqt li n-nisa jxommu gidba iżjed malajr.
Fil-verità, kulħadd gideb xi darba jew oħra, veru?
U bilħaqq, temmnuha din: gidba għall-bżonn mhix dnub?