Piġama waħda jew tnejn?

Fix-Xitwa ħafna huma dawk li jħobbu jilbsu l-piġama billejl. Iħossuhom komdi. Il-mistoqsija hija: Inti żżomm waħda u taħsel u terġa’ tilbes lilha? Jew inkella jkollok tnejn ħalli tbiddel? Jew iżjed?
Il-piġama kienet introdotta fl-Ingilterra lura fis-seklu 17 u mbagħad spiċċat mill-moda. Madwar l-1870, reġgħet bdiet tintlibes wara li kolonjalisti Ingliżi reġgħu daħħlu l-moda tagħha mill-Hindus.
Maż-żmien, il-piġama ħadet forom differenti; tas-satin, tas-suf, bid-disinni jew xeni minn films jew cartoons …. għamluhom anke għat-tfal.
Inti kemm għandek piġami? Tħobbhom?