Piki bejn kollegi … ma tirbaħ xejn minnhom

Jeżistu ħafna piki speċjalment fil-postijiet tax-xogħol fejn persuna tinki lill-oħra, tpatti u logħob ieħor ta’ dan it-tip.
X’tieħu minnhom? Xejn! Ħlief ansjetà, rabja, nervi u stress bla bżonn.
Imma sfortunatament hemm min ma jgħaddix mingħajrhom. Ikun l-hena tiegħu/tagħha li jsifidaw.
Kultant veru li jtik li timpika għax ikunu inkejjużi miegħek, imma prova tagħmilx bħalhom għax l-istorja tiġġebbed għalxejn u min ibati? Int, fl-aħħar mill-aħħar.
M’hemm xejn isbaħ mill-koperazzjoni. Ilkoll bżonn xulxin. Illum jien, għada int.