Problemi li nqalgħu minn facebook …. Kemm tafdawh facebook?

 Problemi li nqalgħu minn facebook …. Kemm tafdawh facebook?

Dan l-aħħar fuq il-midja lokali smajna stejjer fejn persuni sfaw vittmi ta’ serq minn persuni oħra li għamlu kuntatt magħhom fuq facebook. Nisimgħu spiss fuq nies tossiċi wkoll. Nisimgħu t-tajjeb ukoll biex ma nkunux biss negattivi.

Imma jibqa’ l-fatt, li l-facebook huwa bħal ritratt. Inti tippoża għal ritratt biex tidher l-aqwa u l-aħjar, imma ma jfissirx li tgħix ħajtek ippużat, mhux hekk? Ikollok il-mumenti koroh tiegħek fejn anke ma jkollokx aptit tagħti kas ta’ affarijiet oħra. Apparti li forsi inti m’intx l-istess persuna kif tkun iġġudikat minn ritratt. L-istess facebook, in-nies fuqu, jridu jidhru u juru l-aħjar. Imma kemm nafu sew min huma verament?

Huwa ferm importanti li qabel nagħmlu kuntatt, u nżommuh, u anke nafdaw, inkunu ċerti mill-persuni li nkunu qed nitkellmu magħhom.

Jekk se tiltaqa’ ma’ persuna biex tbiegħ xi oġġett, ħu lil xi ħadd miegħek. Jekk għandek date, ara li l-persuna hija reali u informa lil xi ħbieb bil-laqgħa li għandek u fejn se tkun.

Mhux inbeżżgħu, imma nieħdu ħsieb xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com