“Qed ikollna problemi biex insibu nies jilbsu fil-Ġimgħa l-Kbira apparti li l-prezzijiet tal-banda splodew”
Dilettant tal-festi kulturali f’pajjiżna, inklu tal-Ġimgħa l-Kbira tkellem magħna dwar problema li qed ikun hawn biex jinstabu tfal u nies biex jieħdu sehem fil-purċissjoni.
“Mhux qed ngħid għal dawk li jkollhom il-libsa tagħhom personali, insomma anke dawk, tiġi sena u jgħidulek mhux se nieħu sehem dis-sena. Imma dawk li jġorru l-fanali u jilbsu ż-żimarri naqsu sew. Tħarbat l-ordni hekk. Imma x’tagħmel?” saħaq magħna Ġorġ (isem fittizzju li tajnieh minħabba li xtaq jibqa’ anonimu.)
Kompla jgħid li wisq jibża’. li fi żmien 10 snin, il-problema se tkun kibret iżjed u anke li għad jiġi żmien, li jkollok postijiet li din it-tradizzjoni se tiġi biss storja tal-imgħoddi.
“Imbagħad għandek il-problema l-oħra. Il-każini tal-baned qed jinfilġu bil-prezzijiet li jintalbu biex jiġuk il-bandisti għas-servizz. Jew veru nħobbu li qed nagħmlu u narawha bħala unur tat-tradizzjoni jew ġibnieh job biss”, temm jgħidilna Ġorġ.
Intom x’taħsbu dwar dan? Temmnu li għad jiġi żmien li jonqsu sew dawn it-tradizzjoni jekk mhux ukoll jinqatgħu?