Qed jinxef mill-ilma – in-nies mitluba jaqbżu jum biex jinħaslu

 Qed jinxef mill-ilma – in-nies mitluba jaqbżu jum biex jinħaslu

Għal għexieren ta’ snin, Bengaluru li huwa magħruf bħala Bangalore fl-Indja, kellu reputazzjoni ta’ għadajjar magħmulha mill-bniedem biex jipprovdi l-ilma lir-residenti tal-belt. B’abbundanza ta’ ħdura u foresti, u klima tajba, din il-belt saret magħrufa bħala “India’s garden city”.

Imma mill-1900 ‘il quddiem, Bengaluru għadda minn trasformazzjoni ta’ urbanizazzjoni rapida u biddel il-belt f’ċentru ta’ teknoloġija maġġuri. L-iżiluppaturi qatgħu siġar u bnew madwar l-għadajjar.

Il-popolazzjoni splodiet u issa tgħodd mal-4 miljun ruħ.

Dan wassal għal nixfa kbira tant li r-residenti ġew imħeġġa jnaqqsu mill-konsum tal-ilma, jinħaslu darba iva u darba le, jużaw pożati li meta tużahom tarmiehom, u jnaqqsu mill-ħasil tal-ħwejjeġ.

Dawn huma l-effetti negattivi ta’ ħafna bini. Neqirdu d-dinja aħna stess!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com