Qed tippreparaw biex ikollkom ‘summer body’?
Bosta huma dawk li malli jgħaddi l-Għid il-Kbir u jispiċċawlhom il-figolli, jiġġennu biex jibdew dieta … għaliex issa ġej is-sajf. Dieti, mixi, ġiri, gruppi ta’ eżerċizzji u ħafna iżjed.
Imma kif tipprepara għal ġisem pulit għas-sajf?
- kul proteini mal-ikla tiegħek.
- naqqas mill-isnacks
- ixrob l-ilma
- żid il-mixi
- orqod sura ta’ nies
- evita li tiekol ħelu kuljum
- agħmel target/għan ta’ kemm tixtieq titlef piż
- poġġi bilqiegħda sew ħalli tieħu qagħda aħjar. Din tgħin ukoll għal saħtek.
- kul iżjed frott u ħaxix
Prova żomm kollox naturali. Ir-riżultati jkunu sbieħ u tieħu gost bihom.
Madanakollu, m’għandniex noħolqu stress fina nfusna għaliex għandna ftit żaqq. Irridu nkunu kuntenti b’min aħna, madanakollu, ngħinu ftit ruħna. Fl-aħħar mill-aħħar, mhux għad-dehra biss imma għal saħħitna.