Reġa’ wasal il-Malta International Fireworks Festival
Bejn l-20 u t-t-30 ta’ April ser jirritorna l-Malta International Fireworks Festival; avveniment kulturali li jdawwal is-smewwiet Maltin bi spettaklu pirotekniku li għalih mistenni jikkontribwixxu l-għaqdiet u l-kmamar tan-nar ta’ Malta u Għawdex.
Dan l-avveniment se jinkludi shows pirotekniċi fil-Belt Valletta, Marsaxlokk, in-Nadur, il-Mellieħa u l-qofol jintlaħaq fl-aħħar jum tax-xahar bi spettaklu fil-Port il-Kbir.
Il-Malta Fireworks International Festival huwa spettaklu mfittex sew mill-Maltin u l-Għawdxin, imma wkoll mit-turisti. Ilkoll nafu l-kapaċità kbira tat-talent lokali tal-artisti li jaħdmu n-nar, u anke l-livell għoli kif inhu stmat madwar id-dinja.
Bil-mod il-mod, nibdew nersqu wkoll għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi Maltin; wirt uniku għalina u anke dinji.
Kburin b’dak kollu li hu Malti. Nawgurawlhom minn qalbna.