“Se nibda naħdem bħala nurse imma nixtieq inkun naf kemm hi l-paga” – Jibilgħuha bir-risposti

 “Se nibda naħdem bħala nurse imma nixtieq inkun naf kemm hi l-paga” – Jibilgħuha bir-risposti

Tfajla li se tibda taħdem bħala nurse, talbet biex ikollha ftit informazzjoni dwar il-paga tagħha. Jidher li ma kienx mument, għax kellha baraxx ta’ risposti.

“Jekk trid taħdem infermiera, ma tmurx għall-paga. Dik vokazzjoni”

“Qas tistħi għadek ma bdejtx!”

“U le le, aħjar ma ngħid xejn. Għall-flus li jagħmlu llum.”

Dawn u ħafna aktar kienu l-kummenti li kitbulha. Huwa minnu li biex tkun infermiera hija vokazzjoni. Imma taħsbu li għax-xogħol ma trid titħallas ukoll? Meta persuna saqsiet mistoqsija hekk tant fil-miftuħ, ma jfissirx li sejra għall-paga. Ma gergirtx anqas fuq il-paga nnifisha; sempliċiment talbet ftit tagħrif. Jew il-bniedem jistenna l-eloġju ta’ kemm tħobb din il-karriera u forsi mbagħad iħalluk titlob mistoqsija?

Sirna mmorru għall-konklużjoni mill-ewwel bla ma nagħtux ċans lil xi ħadd jesprimi ruħu? Sirna npoġġu lil kulħadd f’keffa waħda?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com