Spiss ngħidu “Dak kien żmien!”

Frażi komuni. Tintqal spiss. Konna nisimgħu mill-kbar u issa li forsi kbirna aħna, ngħiduha wkoll.
Din bħala referenza għal xi żmien sabiħ li jkun għadda u tiġina nostalġija għalih. Niftakru kemm dħaqna, u kemm konna nieħdu gost.
Iżda ma jfissirx li żmien sabiħ ieħor mhu se jasal qatt.
Kull żmien fih tiegħu bl-esperjenzi differenti li jġib miegħu. Sfortunatament, tinduna li jkun żmien sabiħ meta jgħaddi.
Għandna nirrealizzaw li għaxar snin oħra, kapaċi nsibu ruħna ngħidu l-istess għall-preżent.
Dan kollu fih il-messaġġ li rridu napprezzaw il-mument.