Tħallu plakek mixgħulin fil-maltemp?

 Tħallu plakek mixgħulin fil-maltemp?

Hemm min jgħid li din hija drawwa tagħna li għax ikun maltemp naqilgħu l-plakek minn mal-ħajt.

Iżda kien hemm każijiet fejn verament sajjetti laqtu plakek li żviluppaw f’nar. Allura tiġi daharek mal-ħajt u tirraġuna li aħjar taqlagħha. Mhu se titlef xejn billi taqlagħha.

Il-barranin ġieli jitbissmu meta jarawna nagħmlu hekk.

Iżda, biex ngħidu kollox, meta taqla’ l-plakka minn mal-ħajt, isserraħ moħħok u tkun qed tevita ħsarat li f’każ li jinqata’ d-dawl u jerġa’ jiġi, ma jkunx hemm saħħa ta’ vultaġġ li tgħaddi fl-apparat li għandek id-dar u jaħraqulek jew jagħmel il-ħsara.

Mela, nibqgħu naqilgħu l-plakek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com