Tħobb tilbes l-iswed? Għaliex?
Il-kulur iswed huwa kulu li jitqies eleganti. Kemm fl-ilbies u saħansitra anke fuq karozza. Anke żarbun iswed, dejjem ngħidulu ‘pulit’.
Imma li jintlibes l-iswed apparti li huwa dejjem kulur moda, kif ngħidu bil-kliem bejnietna, huwa kulur li jraqqaqa.
Dan għaliex il-kulur iswed jiddefenixxi l-forma tiegħek hi kif inhi bla qerq, kuntrarju għall-kuluri oħra li jkun iżjed ċari; allura fil-viżta ta’ dak li jkun, jarak differenti anke li inti titħallat mal-isfond u l-madwar.
Li hu żgur hu, li l-piż ma jinbidlx mal-iswed. Dak irridu naħdmu għalih. Imma l-iswed jibqa’ popolari dejjem; kemm jekk għal ċelebrazzjoni bħal f’tieġ u anke jekk f’tislima, bħal f’funeral.