Bil-Filmat: Tieġ kunċert – jiżżewweġ Clayton ta’ The Travellers

 Bil-Filmat: Tieġ kunċert – jiżżewweġ Clayton ta’ The Travellers

The Travellers huwa grupp mużikali popolari u maħbub ferm mill-poplu Malti u Għawdxi. Huma magħrufa għall-kanzunetti sbieħ bil-lingwa Maltija u stil mexxej u tal-widna.

Fl-10 ta’ Marzu li għadda, Clayton Bonello (Bass guitar/ bassist) iżżewweġ lil Natalya.
Interessanti kif ovvjament kien mistenni, bosta kantanti u mużiċisti kienu mistiedna għal dan it-tieġ … tieġ li tbiddel f’kunċert minn dawn l-artisti fejn artist wara l-ieħor, kantaw kanzunetti mir-repertorju tagħhom, anke b’kanzunetti popolari li rrappreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest.
Il-kantanti/ mużiċisti kienu: Kevin Paul, Michela Galea, Big Band Brothers, Fabrizio Faniello, Ira Losco, Claudette Buttigieg li llum hija Membru Parlamentari, id-Dj Carlo Gerada, Aidan u d-Dj Ziggy.
Bla dubju, kanzunetti minn The Travellers ma naqsux. Tieġ oriġinali li ta gost lil kull min attenda.
Awguri lill-miżżewġin friski mingħandna ta’ Strada Rjali

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com