Tiftakruhom lil Jessie u Bessie?

 Tiftakruhom lil Jessie u Bessie?

Karattri ħelwin immens u maħbubin mill-pubbliku. Jessie u Bessie; serjè li kienet tittella’ fuq Net TV u li għadek tista’ ssibha fuq you tube. Kienu magħrufa wkoll bħala l-aħwa Scicluna Briffa.

L-atturi bravi Hector Bruno u George Micallef li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 76 sena, kienu jinżlu għasel mat-telespettaturi.

Kienu joffru divertiment bil-karattru ħelu tagħhom li jmur id f’id mal-karattru Malti. Iz-zekzik, l-inkejja, il-ġlied ħelu imma bla intenzjoni ħażina bejn l-aħwa u iżjed.

Dejjem iferħu lin-nies. Hekk huwa l-karattru ta’ Hector Bruno u hekk kien ukoll ta’ George Micallef li nsellmu l-memorja tiegħu.

Hawn għandkom siltà minn wieħed mill-episodji tagħhom:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com