Tkaxkar il-ktajjen f’purċissjoni li saret f’San Vinċenz de Paul

 Tkaxkar il-ktajjen f’purċissjoni li saret f’San Vinċenz de Paul

Maria Victoria Micallef irnexxielha twettaq dak li xtaqtet tagħmel; tkaxkar il-ktajjeb waqt purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li saret nhar il-Ħadd 17 ta’ Marzu fir-residenza San Vinċenz de Paul.

Spjegat kif kien hemm min prova jaqtgħalha qalbha u saħansitra qalilha li mhux se tasal sat-tmiem jew int mara mhux ħa jirnexxielek … pero irnexxieli u kelma waħda ‘Esperjenza sabiħa mmens.”

Tenniet li din kienet l-ewwel darba fit-tkaxkir tal-ktajjen imma żgur li mhux se tkun l-aħħar waħda. Prosit Maria.

F’San Vinċenz de Paul, nhar il-Ħadd li għadda saret purċissjoni ta’ Gesù fit-toroq bis-sehem ukoll ta’ personaġġi u anke marċi funebri biex hekk, l-anzjani gawdew ukoll minn tradizzjonijiet li min jaf kemm għożżew tul ħajjithom.

ara:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com