Tkun għaddej bix-xogħol u jiġi xi ħadd iparla ħdejk
Qatt ġratilkom din? Int tkun mitluf fix-xogħol u jiġi xi ħadd maġenbek, ħieles u liberu minn kull xkiel u jibda jsemmi litanija ta’ nies li jaf, ma’ min iltaqa’, fejn mar, x’kiel ilbieraħ, fejn beħsiebu jsiefer … u int tarah dimonju !!!!!!
Tiġi bejn ħalltejn hux jinduna li int impenjat, filwaqt li jkompli għaddej jgħid u jgħid u jtaqtaq.
F’mumenti bħal-dawn, ikkalma. Ħu nifs ‘il ġewwa u armieh ‘il barra u bil-kelma t-tajba dur fuqu u għidlu: Sinjur, qed nieħu gost nisimgħek imma għandi ħafna xogħol x’nagħmel. Ħa nkompli.
Imbagħad joħodha kif irid. Xogħlok int se tibilgħu jekk ma tlaħqux. Hu liberu kien, u hekk donnu se jibqa’.