Tpoġġu l-ħjar fuq l-għajnejn? Veru jaħdmu!

Din forsi tinstema’ clichè li ġieli rajna fil-films. Imma kif jgħidu, la ntqalet u rajnieha hemm il-verità fiha. U hekk hu. Il-ħjar fuq l-għajnejn jagħmel ħafna ġid. U mhux għan-nisa biss.
Il-punt li tpoġġi l-ħjar fuq l-għajnejn huwa li jgħinek tneħħi n-nefħa u ċ-ċrieki suwed/skuri taħthom.
Jagħtu wkoll dehra friska. L-astratt tal-ħjar jintuża wkoll għall-creams tal-għajnejn fil-fatt.
Ħjara nejja jkun fiha l-ilma. Apparti kollox, iserħulek l-għajnejn.