Triq tqatta’ ftit sigħat fil-kwiet u timmedita? – Għawdex issa għandu eremitaġġ
Tħabbar li f’Għawdex issa hemm eremitaġġ li jinsab fuq l-Għolja ta’ Għammar fejn hemm il-famuża Via Sagra bi statwi kbar.
Dan ser ikun immexxi mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu u se joffri spazju lil min jixtieq iqatta’ ftit sigħat fil-kwiet biex jitlob u jisma’ l-vuċi ta’ Alla.
Ġie inawgurat mill-Isqof t’Għawdex Anton Teuma fi tmiem fi tmiem Via Sagra Nazzjonali organizzata fuq Ta’ Għammar bl-isem Fuq l-Għolja.
Ir-Rettur Sun Gerard Buhagiar spjega li persuna, qabel titla’ fl-eremitaġġ, ikollha mument ta’ diskussjoni ma’ saċerdot u anke jkun offrut ktejjeb li jakkumpanjaha fit-talb.
Intqal li t-tmexxija tas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu qed tilqa’ b’avviż minn qabel lil min jixtieq juża l-eremitaġġ u spjegat ukoll kif mhix se tħalli lil dak li jkun għal riħu.