Vizzju li ntellgħu ritratti bħal ta’ ħaddieħor fuq facebook – “inkella nħossuna inqas”

 Vizzju li ntellgħu ritratti bħal ta’ ħaddieħor fuq facebook – “inkella nħossuna inqas”

Minħabba li aħna pajjiż żgħir u ninfluwenzaw ħafna iżjed lil xulxin milli kieku qegħdin f’pajjiż ieħor, spiss tinduna kif l-influwenza tiġi esebita wkoll f’dak li ntellgħu fuq il-midja soċjali tagħna speċjalment fuq facebook.

Ninnutaw li; jekk jumejn ilu kien San Ġużepp u jitla’ ritratt tipo “Jien hawn mal-Ġużeppini”, dlonk ruxmata jagħmlu l-istess. Dan jiġri fil-Milied fejn kulħadd itella’ r-rigali, l-ikliet, il-familja bil-christmas jumpers, fis-sajf – b’xi cocktail, mal-baħar jew bbq, u anke mill-politiċi eżempju: “Baqa’ 100 jum għall-elezzjoni li jmiss” (dlonk ruxmata jitilgħu l-istess).

Xi jfisser dan? Li veru nixtiequ ntellgħu ir-ritratt jew inkella nkunu qed ninkwetaw fuq dik li tissejjaħ FOMO – fear of missing out; li tħossok li inti inqas minn ħaddieħor jew iżjed minn hekk, tinkwieta x’jaħseb ħaddieħor fuqek u li jaħsbu li int ma tgawdix daqshom?

Interessanti din. Hija kollha psikoloġija tal-moħħ. Fil-verità kulħadd liveru jagħmel li jixtieq … imma kemm verament nagħmlu li nixtiequ u mhux x’jinfluwenzana ħaddieħor?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com