Wasal l-istaġun tat-tiġijiet … kemm tħoss li għandek tagħti bħala rigal?

 Wasal l-istaġun tat-tiġijiet … kemm tħoss li għandek tagħti bħala rigal?

Hekk kif issa jibda jaqleb it-temp, u bil-mod il-mod noqorbu lejn is-sajf, jibdew jiżdiedu t-tiġijiet.

Għalkemm tieġ sar isir f’kull żmien tas-sena, Mejju u Ġunju huma fost l-iżjed xhur popolari ħafna li fihom isiru t-tiġijiet. Dan anke minħabba l-fatt li fix-xhur ta’ qabel, l-għarajjes ma jirriskjawx minħabba t-temp, għalkemm illum ix-xita tista’ tkun qalila anke fl-eqqel t’Awissu.

Dawn ix-xhur ikunu komdi wkoll qabel tidħol is-sħana qawwija u nsapportabbli tas-sajf Malti.

Kemm tħossu li għandkom tagħtu bħala rigal xieraq u li ma taqax għaċ-ċajt? Jew xorta tħoss li l-qalb kollox u tagħti kemm tiflaħ?

Hemm sezzjoni li għadhom jagħtu rigali f’affarijiet materjali u dan mhux ħażin. Saħansitra, rajna tiġijiet fejn l-għarajjes joffru lista ta’ affarijiet li għandhom bżonn u anke l-ħanut li minnu jistgħu jinxtraw, fejn il-mistednin jistgħu jmorru u jagħżlu dak li jixtiequ jagħtu skotn il-but tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com