X’għandek tieħu bħala ħsieb meta żżur lil xi ħadd l-isptar?
Kienet u għadha popolari, pakkett juice. Imma hemm ħafna iżjed ħsibijiet li tista’ tieħu biex ittella’ l-moral tal-pazjent.
Fosthom:
- ktieb sabiħ
- ktejjeb tat-tpenġija
- par kalzetti li jsaħħnu u komdi
- xi kutra żgħira ħelwa
- frott
- kartolina magħmula minnek
Sabiħ li nieħdu fjuri u ikel imma mhux dejjem tkun taf jekk jaqblux mal-persuna.
Għandkom iżjed ideat? Għidulna