Xi sqew lil Kristu fuq is-Salib?
Ta’ kull sena tiġi rrakkontata l-ġrajja tal-fidwa ta’ Sidna Ġesù Kristu. Uħud mill-versi tal-bibbja drajniehom bl-amment jew malli nisimgħu l-ewwel vers, ngħarfuhom.
Waħda minnhom hi meta Kristu fuq is-salib qal li għandu l-għatx. Nisimgħu li offrewlu sponża mdefsa fil-ħall. San Mattew 27:48, San Mark 15:36, San Ġwann 19:29. Imma x’kien eżatt dan il-ħall?
Il-Knisja Kattolika tispjega li din kienet xarba li veru taqta’ l-għatx u kienet tissejjaħ posca. Kienet tintuża ħafna mis-Suldati Rumani waqt xi battalji biex jaqtgħu l-għatx tagħhom. Bil-Grieg tiġi ὄξος u bir-Ruman, oxos.
it-taħlita kienet tkun ta’ ħall mal-ilma u kienet tkun morra. Dan fil-verità kien mument ta’ ħniena mis-suldat Ruman li ta lil Kristu minn din ix-xarba biex jaqtgħalu l-għatx u mhux bi tkasbir jew żeblieħ.
Interessanti.