X’tista tagħmel meta tkun imsiefer u l-maltemp iħarbatlek il-pjanijiet?
Wara li tħallas xeba’ flus biex tmur vaganza, l-agħar ħaġa li jista’ jiġrilek hija li tagħmel xi maltempata liema bħalha li taqflek fil-lukanda! Iżda, minħabba li mhux faċli li tipprevedi kif se jkun it-temp, faċli li xi darba tispiċċa bil-pjanijiet imħarbta minħabba l-maltemp. X’tista toqgħod tagħmel f’dan il-każ?
- Żur postijiet fuq ġewwa bħal xi bar, kafetterija jew restorant.
- Ara jekk il-lukanda jew il-post fejn qed toqgħod għandux xi logħob li tista’ tilgħab biex tgħaddi ż-żmien.
- Organizza picnic fil-kamra! Ordna ikel minn barra jew inkella ġib xi room service u oqgħod trankwill ‘il bogħod milli ssir għasra.
- Fittex attivitajiet li tista’ tagħmel li jkunu fuq ġewwa bħal xi ċinema, escape room, xi spa jew affarijiet oħra tat-tip.
- Intefa’ aqra xi ktieb għall-kwiet, għall-ħoss tax-xita u xi ftit kokkotina sħuna sħuna.