“Żarmajna kollox f’24 siegħa … issa Ġimgħa l-Kbira” – voluntier fil-Knisja ta’ Ġieżu

Fuq il-paġna Ġimgħa l-Kbira – Rabat, ittella’ ritratt sabiħ tal-kursija tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat fejn intqal li “fi żmien 24 siegħa l-Knisja lesta biex issa nħejju biex niċċelebraw il-festi tal-Ġimgħa Imqadssa.”
Dan wara li nhar it-Tlieta li għaddiet kienet iċċelebrata l-festa ta’ San Ġużepp b’suċċess u attendenza kbira.
Issa, il-Knisja ta’ Ġieżu tintrama bil-vari u bid-damask l-iswed. Biċċa xogħol kbira fi ftit jiem biex hekk il-Knisja tiċċelebra l-akbar festa tal-Knisja kattolika; dik tal-Għid il-Kbir.
“Żarmajna kollox f’24 siegħa… issa Ġimgħa l-Kbira”, tenna wieħed mill-voluntiera mill-Knisja ta’ Ġieżu li b’ħerqa, jassistu f’kull ma jkun hemm bżonn f’din il-ġawhra.
Temmew il-ħsieb tagħhom billi rringrazzjaw lil kulħadd.