12-il ħaġa li jdejquk fuq ix-xogħol!

Mistoqsija qawwija. Ma nistgħux ngħidu li kollox jgħoġobna fuq il-post tax-xogħol. Huwa importanti li nkunu kuntenti għaliex hemm inqattgħu l-iżjed ħin minn ħajjitna. Xi affarijiet idejquna żgur.
Spiss ikunu dawn:
- arroganza minn ta’ fuqek jew saħansitra minn kollegi oħra
- li dak li jkun ifarfar u jitfa’ fuqek
- it-tfesfis
- l-għira
- il-piki bla bżonn jew min jipprova jidher l-aħajr mal-boss
- li tkun imqabbel ma’ kollegi oħra
- li kollox tal-aħħar minuta biex isir xi proġett
- li jippretendu jew tippretendi inti stess
- preferenzi
- nuqqas t’għarfien dwar x’inhu għaddej
- pussess fuqek
- meta tkun mitlub twieġeb barra l-ħin tax-xogħol.
Hemm iżjed? Għidulna… Tgħidx kontra l-kollegi għax se jarawh!