5 affarijiet li għandek tagħmel biex tgħix ħajja itwal
L-età tal-aktar persuna li għandha żmien fid-dinja bħalissa hija dik ta’ 117-il sena. Din hija Maria Branyas Morera u tgħix fi Spanja. Jekk inti tixtieq issib modi differenti ta’ kif għandek tgħix ħajja twila bħal dik ta’ Maria, mela dawn huma l-ħames affarijiet li għandek tara li tagħmel matul ħajtek!
- Ara li jkollok irqad ta’ kwalità. Meta wieħed ma jorqodx kemm suppost, jista’ jsofri minn kundizzjonijiet li jillimitaw il-ħajja bħall-obeżità, mard tal-qalb u d-dijabete.
- Kul aktar ikel iffermentat bħal kimchi, kombucha, yogurt u ħjar immellaħ. Dawn joffru probijotiċi għall-ġisem u jsaħħu d-diġestjoni u l-immunità.
- Evita t-tipjip u llimita l-konsum tal-akoħol. Meta wieħed jevita u jillimita dawn is-sustanzi, jnaqqas ir-riskju ta’ mard differenti bħall-kanċer u mard tal-fwied u tal-qalb.
- Tgħallem ikkontrolla l-istress billi timmedita u tagħmel eżerċizzju fiżiku. Stress żejjed jista’ jwassal għal problemi tas-saħħa bħal attakki tal-qalb, dijabete, dipressjoni u nawżja, fost oħrajn.
- Fittex dwar u pprova programmi ta’ eżerċizzji fiżiċi li huma ta’ suċċess. Lura fl-2022 kien sar studju dwar kif meta wieħed jagħmel eżerċizzju bejn it-8am u l-11am irriżulta li kellu inqas riskju għal mard tal-qalb u puplesija.