5 ideat ta’ kif tqassam ħinek aħjar
Mhux bilfors tkun involut f’xi ħaġa ta’ importanza kbira jew xi ħidma biex jiġrilek hekk; appuntament jaħbtu ma’ xulxin.
X’għandek tagħmel biex ma tippanikkjax?
Qabel xejn, ara x’inhuma l-prijoritajiet tiegħek. Importanti li tara wkoll dmirek; dak li dħalt għalih u li jkollok tagħmlu. Jekk dan ma tkunx qed tlaħħaq miegħu, iċċara mal-kollegi u ddeċiedi fuq triq ‘il quddiem.
Qatt tħalli l-paniku jirkbek jew ikissrek mentalment. Dan b’mod awtomatiku jkissrek ukoll fiżikament. Ftakar, li saħħtek tiġi hi l-prijorita f’kull ħin. Fuq din m’hemmx diskussjoni!
Prova ddelega x-xogħol. Tippruvax issalva d-dinja waħdek.
Tiddejjaqx tagħmel limitu (boundaries) – ma jistax ikun ifittxuk għal kull nitfa. Dawn kapaċi għalik ikunu ċuċati imma għal ħaddieħor ifissru ħafna. Importanti li titkellem mal-persuni, u tiċċara x’għandek tirċievi jew le.
L-isbaħ u l-aqwa għodda tibqa’ l-komunikazzjoni. Mingħajrha, ma tasal imkien.
Agħmel kuraġġ u ppjana. Dik hija t-triq it-tajba.