7 punti kif tista tevita aċċidenti koroh fit-toroq?
Il-popolazzjoni f’Malta u Għawdex żdiedet sew. Dak huwa fatt. Bla dubju, magħha żdiedu wkoll il-karozzi fit-toroq. Allura, forsi li huwa bla dubju li jiżdiedu wkoll l-aċċidenti.
Imma kif nistgħu naħdmu favur sigurtà fit-triq u nevitaw li nweġġgħu aħna jew inweġġgħu lil ħaddieħor?
- Aħseb kmieni għal appuntament jew biex tmur xi mkien
- idoqq kemm idoqq ta’ warajk, żomm mal-limitu ta’ veloċità fit-triq u ibqa’ kalm
- tużax il-mobile u nerġgħu ngħiduha b’ittri kbar: TUŻAX IL-MOBILE!!!
- iffoka fuq id-direzzjonijiet li se tagħżel u uża l-indicator fejn meħtieġ
- tgħallem kun paċenzjuż; forsi jekk hemm xi ħadd miexi bil-mod, jaf ikollu persuna miegħu fil-vettura li għadu ħiereġ minn operazzjoni. Qatt ħsibtuha din?
- tagħtix kas għall-provokazzjoni. Injora.
- Tisfidax fit-triq. Għandek triqtek, segwi lilha.
Flimkien nistgħu ngħixu aħjar anke jekk it-traffiku jiżdied. Fuq ħaddieħor m’għandniex kontroll imma fuqna nfusna iva. Sta għalina li nieħdu ħsieb dak li nagħmlu aħna.