“Abbandunawh wara 9 snin; għandu bżonn dar”

 “Abbandunawh wara 9 snin; għandu bżonn dar”

Wara disgħa snin, il-familja adottiva tiegħu ma tridux aktar….

L-istorja ta’ Shadow, il-kelb ġgant ġentili hija verament ta’ qsim il-qalb. Skond il-paġna ta’ Facebook Voice for the Voiceless, Shadow ġie abbandunat minn familtu wara disgħa snin. Huwa mbagħad kien tpoġġa ma’ familja li kienet qed tagħmel fostering sakemm tinstablu dar permanenti, iżda minħabba xogħol ta’ manutenzjoni li qed tagħmel din il-familja fid-dar, u t-trab li qed jiġġenera dan ix-xogħol, il-kelb reġa’ spiċċa fil-bżonn ta’ xi ħaddieħor li jiftaħ il-bieb għalih.

Sfortunatament, il-familja oriġinali tal-kelb jidher li qed tirrifjuta tieħdu lura minħabba problemi fil-familja stess li l-paġna ma tispeċifikax x’inhuma.

Huma x’inhuma dawn il-problemi, żgur u ċert hu li dan il-kelb għandu bżonn jirċievi ftit imħabba u jagħti ħafna mħabba lura lil xi familja li lesta li tilqgħu.

Jekk għandek post f’darek għalih, ikkuntattja lil Voice the Voicless minn hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com