Anzjan isib bir f’daru li jmur lura 500 sena u x’aktar?

 Anzjan isib bir f’daru li jmur lura 500 sena u x’aktar?

Anzjan fi Plymouth kien qed jirrinova d-dar tiegħu u nnota li t-tapit kellu tumbata l’isfel. Kien jgħix waħdu u forsi qatt ma nnota jew ta kas. Intqal li neħħa l-madum u ħaffer u kellu sorpriża kbira tistennieh; sab bir mhux mittiefes b’fond ta’ 17-il pied.

Mhux talli hekk, talli fih sab xabla li tmur lura għas-16 -il seklu qabel Kristu kif ukoll munita tal-1725. Immaġinaw u aħsbu l-perjodi differenti li qed insemmu; minn qabel Kristu, għal żmien ir-rinaxximent u issa, la nfetaħ issa, għaż-żmien tagħna.

Skont riċerkaturi ntqal li dan il-bir kien jappartjeni għal familja nobbli fejn f’dak iż-żminijiet, min kien ikollu bir kien juri li għandu pożizzjoni għolja fis-soċjetà. Dan meta l-ilma nadif kien skars jew inkella ridt tivvjaġġa bil-mixi għalih.

Xi ġmiel ta’ skoperti. U min jaf xi ntradam u x’hawn, inkluż f’Malta. Ħasra li l-progress jeqred. Tajjeb meta jkun ippriservat. Ħsiebijietna jmorru wkoll fil-postijiet fejn hemm il-gwerer bħalissa fejn min jaf x’ qed jitkisser.

L-istorja mhux biss hija sabiħa imma importanti għaliex biha nkunu nafu kif għexu ta’ qabilna. Qatt tibżgħu titkellmu jekk tiskopru xi ħaġa. Ħadd mhu se joħdilkom darkom. Dan huwa mit antik.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com