Ara Ħidmet ir-Reġjun Tramuntana – magħmul minn 9 Kunsilli Lokali

 Ara Ħidmet ir-Reġjun Tramuntana – magħmul minn 9 Kunsilli Lokali

F’pajjiżna jeżistu 5 reġjun u ieħor għal Għawdex, 6 b’kollox. Ir-Reġjun Tramuntana jinkludi: Mosta, San Ġwann, Naxxar, Imtarfa, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, Ħal Balzan, u Imġarr.

Il-ħidma tkun kontinwa; kemm viżibbli u anke le fejn isir xogħol li mhux bilfors dak li jkun jinnota. Biss, ir-Reġjun Tramuntana huwa impenjat b’risq il-komunitá sabiex jittejbu il-faċilitajiet lir-residenti bl-aħjar mod possibbli.

Fost il-ħidma tar-Reġjun Tramuntana insibu:

laqgħat mal-istakeholders u flimkien mal-Għaqdiet Volontarji, il-Kunsilli Lokali, is-Segretarji Eżekuttivi u Membri Parlamentari ġew indirizzati diversi sfidi bħal ġbir tal-iskart u l-ħin tal-ġbir, l-Animal Walfare, l-iskemi ta’ fondi kemm dawk lokali kif ukoll fondi Ewropej, proġetti u l-kuntatt mal-komunitá.

Attendenza f’ bosta laqgħat, konferenzi, u seminars biex jinġabar għarfien, jinqasmu l-ideat, u titrawwem il-kollaborazzjoni fost il-partijiet interessati.

ġiet provduta għajnuna lill-knejjes parrokkjali f’Burmarrad, il-Qawra, Każini tal-Baned, u Puttinu Cares, ikkordinaw wirjiet tal-Presepji tal-Milied, avvenimenti kulturali, u għenu f’attivitajiet ta’ karità.

Taw kontribuzzjoni għal kampanji ta’ sterilizzazzjoni tal-qtates, inizjattivi għat-tneħħija tal-bejtiet tal-hornet Orjentali, u programmi ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-promozzjoni tal-konservazzjoni ambjentali u l-benessri tal-annimali.

ġie mħaddem is-Softwer tas-Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika, biex jassisti fil-ħolqien ta’ mapep li jgħinu fil-kompilazzjoni ta’ inventarju ta’ assi fir-reġjun, bħall-post tad-dwal tat-toroq, ġonna pubbliċi eċċ.

-Appoġġ lill-kunsilli fl-applikazzjonijiet ta’ proġetti għal inizjattivi bħal Project Green, Traffic Management, Clean-Ups, u avveniment kulturali, billi ġiet provduta konsultazzjoni, sapport u assistenza fl-iżgurar tal-finanzjament.

preparazzjoni ta’ dokumentazzjoni, inkluż dokumenti ta’ pożizzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt soċjali (SIA), u proposti ta’ proġetti, biex nappoġġja l-isforzi ta’ promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett.

parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-UE Week (ġimgħa Ewropea) u kkontribwixxejna għad-dokumenti ta’ pożizzjoni ta’ Municipal Waste Europe dwar l-iskart u l-politika ambjentali.

koordinazzjoni u organizzazzjoni fil-proġett taż-Żgħażagħ Rurali tal-Ewropa (Rural youth Europe) u appoġġja proġetti tal-Caritas permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ kunsilli lokali u NGOs.

Involviment f’diskussjonijiet dwar l-indafa u l-iskart, l-użu tal-bring in sites u kampanji ta’ ġbir tal-iskart immirati lejn is-sidien u l-operaturi tal-condominiums.

Involviment ukoll fuq kontroll tal-ħamiem (mingħajr ma jkun imweġġa’ imma b’sistemi effettivi li jgerxu u mhux joqtlu), iffaċilita l-ġbir kummerċjali tal-kartun, u għen favur protezzjoni tan-naħal Malti.

Ħadem fuq proġetti tal-UE bħal Rural Youth Europe, Green Blue, Synergues, u Intelligent Cities Challenge, b’ ħidma u riżultati skedati għall-2024.

Fittex opportunitajiet ġodda ta’ finanzjament tal-UE ma’ msieħba oħra tal-UE; fil-ħsieb ukoll; kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta biex jisponsorjaw programm ta’ PhD li jiffoka fuq ir-Regjun Tramuntana, li jrawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni fir-reġjun.

Dan u ħafna iktar ħidma għaddejja bla waqfien fosthom anke skemi tal-kotba, kultura u ħafna oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com