Ara liem ingredjent hu komuni bejn dawn il-pakketti

 Ara liem ingredjent hu komuni bejn dawn il-pakketti

X’hemm aħjar milli wara ġurnata xogħol u ġenn, tintefa’ tara film fuq is-sufan filwaqt li tqarmeċ xi ħaġa tajba u mielħa! Id-ditta lokali Sunshine Snacks toffri diversi pakketti b’togħmiet differenti u ditti li ilhom jakkumpanjawna għal għexieren ta’ snin.

Għandhom ukoll togħmiet għal kull tip ta’ gosti, hemm minnhom bil-ħall, oħrajn bil-ġobon, u oħrajn bil-basal fost diversi togħmiet differenti.

  1. Krips – Jiġu f’forma kwadra b’togħma ta’ melħ u ħall.
  2. Crix – Moħmi fil-forn, il-crix jiġi b’diversi togħmiet ibda minn dik tradizzjonali tal-ġobon, kif ukoll BBQ, Mild Chilli, u karawett.
  3. Gobblers – Jekk tħobb it-togħma tal-ġobon u l-basal flimkien, iftaħ Gobblers u ntefa’ qarmeċ.
  4. Blisters – Jiġu f’forma ta’ stikek, ukoll bit-togħma ta’ melħ u ħall.
  5. Sour Cream and Onion – Żgur tafu liema hu dan, il-pakkett famuż bil-bidwi fuq il-borża!
  6. Cheese Balls – Blalen miksijin b’togħma rikka ta’ ġobon u li jiġu f’pakkett blu.
  7. Krupuk – Jekk tħobb togħmiet orjentali u trid tkun tikka aktar healthy, mela Krupuk huma l-għażla għalik.
  8. Jumbo – Il-pakkett li konnha niġġennu għalih meta konnha tfal (u bqajna hekk anke meta kbirna!)

Inti għandek xi wieħed favorit?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com