Artiklu miktub minn Amber fuq il-ktieb favorit tagħha

 Artiklu miktub minn Amber fuq il-ktieb favorit tagħha

Jien iddeċidejt li nikteb fuq dan il-ktieb li jismu il-Pulena tad-deheb. Il-Pulena tad-Deheb hija storja ħelwa ħafna tal-kittieb Trevor Zahra. Fiha hemm żewġ karattri ta’ żewġt itfal li jiltaqgħu għal żmien is-sajf fil-villeġjatura ta’ tifel minnhom li jiġi kuġinuh u li żmien qabel kien imur għandu ġo xi kerrejja il-Belt.

Ġorġ u Lino tgħidx kemm ferħu b’xulxin x’ħin iltaqgħu, tant li marru jiġru lejn it-torri u bdew iġeddu l-memorji ta’ qabel. Huma saħansitra niżlu anka lejn ix-xatt fejn żaru raġel xiħ li kien ilu joqgħod hemm żmien. Hu ħareġ jgħajjat magħhom biex ma jħarbtux il-ħbula.

In-nannu tant kkemm rahom ferħana li qalilhom biex iqattgħu n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu jiġru bil-frejgatina. Meta marru biex jaqbdu il-ħut, kif waslu fejn id-dgħajsa ndunaw li nesew il-moqdief. Huma u tilgħin semgħu lil missier Lino jgħid li n-nannu kellu ġifen b’xi pulena tad-deheb li kienet miksija b’xi ċonb u li ħadd qatt ma kien jaf biha.

B’kumbinazzjoni qraw ġo ktieb u xebħu r-ritratt, tkellmu mal-kappillan, tkellmu mal-papà u spiċċaw fuq id-dgħajsa mal-bugħaddas. Huma bdew ifittxu din l-imbierka pulena iżda kien kollu għalxejn. Anke ġol-għar daħlu għalkemm mhux suppost u ma sabu xejn.
Ftehmu bil-lejl biex jerġgħu jmorru iħaffru ġol-għar u mnalla għamlu hekk ghax serqu l-pulena li kienu jafu li hi tan-nannu. In-nannu qam u ntebaħ x’kien qed jiġri u waqqaf lil Żaru.

Tkellmu ma’ Żaru, fehmu s-sitwazzjoni, tah somma flus bħala ringrazzjament u l-pulena tad-Dragun ta’ Netirus reġgħet ġiet għand il-familja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com