Bħalissa kulħadd jikteb li “bi mħabba lejn raħal twelidu se jikkontesta”

 Bħalissa kulħadd jikteb li “bi mħabba lejn raħal twelidu se jikkontesta”

Hija normali l-kandidati jagħmlu ħilithom biex jispikkaw u ma ttiehomx tort għaliex it-tellieqa sal-barkun jgħid il-Malti u dejjem ikun hemm kompetizzjoni.

Min joħroġ għal xi elezzjoni, ikun jixtieq li jmur tajjeb, anke għalih personali.

Il-kliem li jintuża jkun dak ideali u romantiku bħal “Għax inħobb pajjiżi”, jew “għall-ġid tar-raħal li dejjem għext fih” u ġieli anke naraw profili li jispjegaw minn ta’ min huma, il-laqam tal-familja u x’wettqu fir-raħal.

Imma din tinġarr tul il-5 snin ta’ ħidma? Wara li jgħaddi kollox, nibqgħu naraw tifħir lejn ir-raħal li ngħixu fih jew huwa biss mument biex niġbdu l-għajn u wara li jgħaddi kollox, addio r-raħal li nħobbu?!

Din iġġiegħelna forsi nibdew naħsbu ftit; li llum in-nies jinnutaw iżjed permezz tal-midja soċjali u li huwa importanti, li dak li ngħidu nwettquh dejjem bis-sħiħ, u mhux biss lejlet elezzjoni.

Jekk persuna tixtieq turi li hija tant patrijotta għal raħal twelidha, dan għandu jintwera dejjem, saħansitra anke jekk ma tkunx eletta.

X’taħsbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com