Bi dwiefer twal ma ssajjarx! Xagħarek trid torbtu u ….
Bi dwiefer twal mhux lok li tipprepara l-ikel. Anke jekk tilbes l-ingwanti; minnha nfisha din se tkun diffiċli jekk għandek dwiefer twal u mhux se tħossok komda/komdu.
Nisimgħu spiss l-importanza ta’ dwiefer puliti u qosra biex inti ssajjar. Apparti li tevita li taħbat difrejk u tweġġa’, tevita li tistieden ħafna mikrobi u baterji fil-platt.
Huma importanti dejjem u kull ħin, li taħsel idejk kontinwament, anke jekk tmiss ingredjent u wara tkun trid taqbad ieħor. Il-baterji li jidħlu taħt id-dwiefer jistgħu jivvalenaw l-ikel u le, din mhix esaġerazzjoni imma tiġri.
Ix-xagħar:
Anke x-xagħar huwa importanti li jkun miġbur. Ħadd ma jieħu gost jara xi xagħarha minn tiegħek ippreżentata fil-platt. Ftakru ftit kemm noħolqu kjass meta jiġrilna hekk f’xi ristorant … u bir-raġun.
Mela dak li ma nixtiequx li jiġri lilna, ma nagħmlux lil ħaddieħor. Importanti li x-xagħar twil jinġabar u anke tilbes kappa apposta biex tevita tixrid ta’ mikrobi fuq l-ikel.