Biċ-ċitazzjonijiet għoljin u xorta tara nies bil-mobile ma’ widnejhom fis-sewqan!!!

 Biċ-ċitazzjonijiet għoljin u xorta tara nies bil-mobile ma’ widnejhom fis-sewqan!!!

Fi Frar tal-2023, bħala parti minn pjan biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq Maltin u jonqsu l-inċident tat-traffiku, Transport Malta ħabbret tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku.

Dan wara studju li wera liema ksur tar-regoli tat-traffiku qed jikkawżaw l-iktar inċidenti fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Fost oħrajn, tħabbar li l-multa għas-sewwieqa li jinqabdu jsuqu bil-mobile phone jew bl-earphones fil-widna li mhix lejn in-naħa tat-tieqa se tkun qed tirdoppja minn €100 għal €200. Fl-istess waqt is-sewwieq jista’ jitlef bejn 6 u 9 punti.

Sena wara, meta suppost tgħallimna, jekk ma ġarrabnhiex ukoll, għadek tara spiss sewwieqa litteralment bil-mobile f’idejhom fit-toroq Maltin u anke f’Għawdex.

Din injoranza? Insistenza irresponsabbli mill-individiwu? Għaliex?

F’każ ta’ aċċident, anqas jekk ikollok raġun fih, ma tiħdux għaliex inti tkun ksirt regola importanti li minnha nfisha saret biex jiġu evitati mwiet u aċċidenti bla bżonn.

M’aħnhiex kapaċi nistennew biex nagħmlu telefonata? Qabel x’kienu jagħmlu bla mobile? Mhix risposta tajba għax issa għandna l-mobile. Is-sigurtà hija prijorità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com