Bosta Maltin qed jixtru propjetà fi Sqallija … imma qabel trid taċċerta ruħek li … Importanti li taqra dan!

 Bosta Maltin qed jixtru propjetà fi Sqallija … imma qabel trid taċċerta ruħek li … Importanti li taqra dan!

Spiss sirna naraw ritratti ta’ Maltin u Għawdxin li qed isiru propjetarji ta’ residenzi fi Sqallija. Jidher li Ragusa hija l-iżjed popolari mal-poplu tagħna fejn anke persuni distinti minn pajjiżna għandhom propjetà hemm.

Ragusa hija belt mill-isbaħ; Barokka u fiha wkoll il-parti moderna. Il-parti l-antika tissejjaħ Ragusa Ibla. F’din il-belt insibu madwar 50 knisja fuq stil Barokk, bl-iżjed imfittxija mit-turisti huma l-Katidral ta’ San Ġwann il-Battista u ta’ Santa Maria delle Scale. Bla dubju, il-platti Sqallin huma ta’ tjubija kbira biż-żjut u l-ġobon lokali flimkien ma’ prieżet friski li jġennuk biex tkompli dduqhom. L-inbid lokali huwa prim ukoll.

Ix-xenarji tal-kampanja jibqgħu l-aktar raġunijiet li għalihom il-Maltin qed jagħżlu li jfittxu jixtru propjetà f’dawn l-imkejjen.

Bla dubju, Sqallija toffri art kbira anke meta kkumparata ma’ Malta imma titqies li din l-art, għandha popolazzjoni li qed tixjieħ biż-żgħażagħ jitilqu minn pajjiżhom biex ifittxu x-xogħol f’artijiet oħra fosthom f’Malta stess.

Kos hux, huma jiġu għandna u aħna sejrin għandhom. Kulħadd bil-bżonn li qed iħoss fil-mument.

Imma … l-importanti huwa hawn; qabel tixtri propjetà fi Sqallija hija importanti mmens li tiċċekkja l-loġistika u l-affarijiet legali kif suppost. Tara li jekk qed nitkellmu fuq dar, din hija verament il-propjetà ta’ dak li qed ibigħielek. Ħu parir kif mitlub. Tkellem anke ma’ nutar u avukat minn pajjiżna biex taċċerta ruħek li dan l-investiment, se jkun fis-sod.

Mill-bqija, awguri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com