Bużż naturali biex persuna tegħleb l-isfidi tal-lum! Ara kif!

 Bużż naturali biex persuna tegħleb l-isfidi tal-lum! Ara kif!

L-Aġenzija Sedqa nediet kampanja ta’ informazzjoni, ta’ għarfien u ta’ prevenzjoni, immirata l-aktar lejn l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ sabiex iżommu ‘l bogħod mill-użu ta’ sustanzi illeċiti.

Il-Kampanja ‘Bużż Naturali’ hija intiża li twassal messaġġ dwar l-importanza li persuna tieħu pjaċir mingħajr il-bżonn ta’ sustanzi. is-sustanzi fid-diversi forom li jeżistu jibdlu l-imġiba u l-emozzjonijiet għal ftit ħin, iżda jkabbru l-problema tal-individwu ma’ dak il-ħin li tieqaf taħdem is-sustanza. Il-problemi ta’ wara u l-konsegwenzi huma enormi!

Din il-kampanja, li se tkun mifruxa matul ix-xahrejn li ġejjin, qed tiġi reklamata minn numru ta’ influencers lokali li qed jieħdu sehem fi clips qosra li se jittellgħu fuq il-mezzi soċjali ta’ Sedqa Malta.

Dan qed isir sabiex kemm jista’ jkun jonqos in-numru ta’ persuni dipendenti fuq id-droga.

Il-kampanja ‘Bużż Naturali’ se tkun iffukata fuq attivitajiet ta’ divertiment bħala mezz alternattiv u ta’ sapport għall-individwi biex ikampaw f’sitwazzjonijiet diffiċli. L-Aġenzija Sedqa temmen li huwa importanti li jesebixxu passatempi aktar b’saħħithom u sodisfaċenti, sabiex jinkoraġġixxu lill-individwi biex jesploraw metodi alternattivi għall-użu tas-sustanzi jew vizzji oħra.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, tkellem dwar divertiment alternattiv li jippromwovi r-rilassament, it-tgawdija, u t-tkabbir personali mingħajr l-effetti ta’ ħsara assoċjata mal-vizzji. “Billi nippromwovu divertiment alternattiv, l-Aġenzija Sedqa tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-individwi modi kostruttivi biex jokkupaw il-ħin tagħhom u jiffukaw l-enerġija tagħhom b’mod san,” temm jgħid is-Sur Grixti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com